Lokali

Presepji Għawdxin jinsterqu minn wirja fl-Italja

Esperjenza xejn sabiħa għal grupp ta’ presipisti Għawdxin hekk kif il-presepji tagħhom spiċċaw misruqa minn wirja fl-Italja.

Il-każ seħħ fit-22 ta’ Diċembru li għadda, aktarx fi tmiem il-wirja bl-isem ta’ Natale è Reale organizzata f’Palazzina di Caccia fi Stupinigi. Il-presepji ntagħżlu hekk kif Għawdex u Nichelino huma ġemellati.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li persuna jew persuni mhux magħrufa ħadu vantaġġ fil-waqt li l-organizzaturi kienu qed iżarmaw biex serqu diversi pasturi.

Il-wirja tal-presepji Għawdxin kienet pjuttost popolari tant li kien hemm attendenza qawwija u l-Comune ddikjara li din il-wrija mhix se tkun episodju uniku.