Lokali

RITRATT: Ir-realta’ xokkanti ta’ Malta fl-2020

Din kienet ix-xena fi Ġnien Margherita f’San Ġwann dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30am. Mhux persuna waħda biss, iżda aktar minn waħda, reqdin fuq il-bankijiet tal-ġnien.

Residenti li kkuntatjaw lil Net News qalulna li din hi xena li saret komuni f’dan il-post, u “sfortunatament turi kif sar pajjiżna fis-sena 2020”, qalulna n-nies li tkellmu magħna.

Nies bla saqaf fuq rashom qed jerħulha lejn dan il-post kważi kuljum, u dejjem jiġi b’basket bil-ftit oġġetti personali li għandhom.

L-istess residenti qalulna li infurmaw lill-awtoritajiet b’din is-sitwazzjoni.