Futbol Sport

Sissoko barra mill-azzjoni sa April

Il-midfielder ta’ Tottenham Moussa Sissoko ġie kkonfermat li se jdum barra mill-azzjoni sa April wara li għamel operazzjoni fl-irkoppa. Sissoko li għandu 30 sena, weġġa’ l-irkoppa leminija waqt it-telfa ta’ 1-0 li Tottenham sofrew kontra Southampton fl-1 ta’ Jannar.

L-internazzjonali Franċiż kien plejer regolari għal Tottenham f’dan l-istaġun u anki żamm postu taħt it-tmexxija tal-kowċ Josè Mourinho fejn skorja darbtejn. Din l-aħbar issegwi dik tal-attakkant Harry Kane li weġġa’ l-hamstring għalkemm għad m’hemmx żmien meta se jirkupra.