Internazzjonali

Terremot jeqred “tieqa” simili għal dik li kellna fid-Dwejra

Il-gżejjer ta’ Puerto Rico tilfu arkata tal-blat li żgur tfakkarna fit-tieqa tad-Dwejra – formazzjoni ġeoloġika li ukoll intilfet b’kawża naturali. Din id-darba, kien terremot illi qered darba għal dejjem din l-attrazzjoni turistika fil-Karibew.

It-terremot kejjel saħħa ta’ 5.8 fuq l-Iskala Richter. Fortunatament, ma kienu rappurtati ebda vittmi.

L-arkata tal-blat li tinsab fil-kosta tan-nofsinhar, magħrufa bħala Punta Ventana, inqerdet it-Tnejn.