Lokali

Tlieta jieħdu sehem f’serqa f’Tas-Sliema

Tliet irġiel b’wiċċhom mgħammad daħlu jisirqu minn ħanut f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-3.45pm f’ħanut tal-ġojjellerija fi Triq Bisazza,Tas-Sliema.

Il-pulizija permezz ta’ stqarrija qalu li mill-ewwel stħarriġ jidher li huma xeħtu lill-kaxxiera ta’ 31 sena mal-art u bdew ikissru il-vetrini biex jisirqu.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post bil-ġojjellerija. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret Inkjesta dwar dan il-każ.

L-ivestigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.