Il-Gvern Malti hu problema imminenti kontra l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex fost il-Pajjiżi Membri tirrenja s-Saltna tad-Dritt. Għax minn meta ġiet assassinata l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-investigazzjoni – jew nuqqas ta’ investigazzjoni – uriet li hemm xi ħaġa ħażina fil-mod kif jaħdem il-Gvern.
Dikjarazzjoni iebsa ta’ Jakub Jaraczewski, Avukat tal-għaqda Ġermaniża Democracy Reporting International, b’impenn partikolari dwar is-Saltna tad-Dritt, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. Hu fakkar kif il-Parlament Ewropew diġà talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tniedi l-proċess li jista’ jwassal biex ikun skattat l-Artiklu 7 kontra pajjiżna.
Dan ifisser li, tort tal-Gvern ta’ Muscat, Malta tista’ tispiċċa mingħajr id-dritt tal-vot fl-istituzzjonijiet Ewropej. Għax wara sentejn weqfin, l-investigazzjonijiet ħadu spinta fl-aħħar xhur tal-2019, innota Jaraczewski, b’sejbiet xokkanti li fl-assassinju kienu nvoluti membri qrib il-Prim Ministru.
Saltna tad-Dritt dgħajfa u problemi serji ta’ korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-Gvern wasslu għall-assassinju ta’ ġurnalista. Anke l-Kummissjoni Venezja innotat li l-Unjoni Ewropea għandha tirreaġixxi għall-problemi sistematiċi li qed joħloq il-Gvern Malti, tenna l-Avukat Ġermaniż.
//= $special ?>