Alistair Brownlee qal li qed jimmira biex jikkompeti fl-Olimpjadi tas-sena minkejja li pubblikament kien qal is-sena l-oħra li l-karriera tiegħu fit-tlielaq ta’ distanzi normali kienet spiċċat. L-atleta ta’ 32 sena rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2012 f’Londra u tal-2016 f’Rio.
Hu ġej minn perjodu fejn weġġa’ diversi drabi u fl-aħħar tellieqa ta’ distanza Olimpika spiċċ fl-44 post. L-aħħar rebħa f’World Series waslet f’Ġunju tal-2017. F’Ġunju tas-sena l-oħra, hu kkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman wara li rebaħ avveniment fl-Irlanda, riżultat li deher ifisser direzzjoni ġdida għalih. Iżda Brownlee li kiseb 37 rebħa f’70 kompetizzjoni tat-triathlon, ħabbar din id-deċiżjoni, seba’ xhur qabel il-bidu tal-Olimpjadi.
“Sena ilu ma kontx se nagħmel din id-deċiżjoni għaliex kont naf ma stajtx nirkupra minn injury oħra kerha. Ridt biss li nkun nista’ niġri, nikkompeti u nieħu pjaċir. Imma fl-aħħar sena ma kontx imweġġa’. Ħadt pjaċir nitħarreġ, nikkompeti u nipprepara biex nikkompeti. U għalhekk id-deċiżjoni sfurzatni ftit. Irrid immur għal Olimpjadi oħra u nara x’nista’ nagħmel,” qal il-Britanniku.”
//= $special ?>