Lokali

L-aħħar ħaġa li jixraqlu pajjiżna hu Prim Ministru li jmexxi Gvern korrott ieħor

Meta Joseph Muscat fil-midja Laburista qal li min se jiġi warajh ma jistax jitqabbel miegħu, hija eżattament l-aħħar ħaġa li jixraqlu pajjiżna bħalissa li l-poplu jerġa’ jispiċċa bi Prim Ministru bħal Muscat li jmexxi Gvern korrott ieħor.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fejn qal li sfortunatament kemm Chris Fearne kif ukoll Robert Abela, li kienu ma’ Joseph Muscat madwar il-mejda tad-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista korrott, mhu qed joffru l-ebda alternattiva valida u huma more of the same.

L-istqarrija temmet tgħid li minflok jibqa’ attiv u fil-ġenb, Joseph Muscat messu ilu li telaq kompletament, għax pajjiżna għandu bżonn bidla radikali, fejn il-kriminalità ma tibqax taħkem Kastilja sabiex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu jerġgħu jibnu mill-ġdid.