Futbol Sport

Leicester jevitaw telfa … kollox jiġi deċiż fit-tieni logħba

(Ritratt: EPA)

Leicester evitaw telfa fil-King Power Stadium fi draw ta’ 1-1 kontra Aston Villa, fl-ewwel leg tas-semifinali tal-League Cup. Il-partita ta’ ritorn tintlagħab fit-28 ta’ Jannar f’Villa Park.

Aston Villa għandhom iħossuhom diżappuntati hekk kif wara prestazzjoni tajba, spiċċaw sofrew il-gowl tad-draw wara li tilfu l-pussess minn free-kick tagħhom. Għal Leicester irritorna Jamie Vardy wara li tilef l-aħħar tliet logħbiet.

Aston Villa fetħu l-iskor fit-28 minuta meta Anwar El-Ghazi tefa’ kross mix-xellug lejn Frederic Guilbert li daħal tajjeb biex għeleb lil Kasper Schmeichel mill-viċin. Ezri Konsa mar qrib li jirdoppja fit-42 minuta b’daqqa ta’ ras li ħabtet mal-mimduda.

Leicester żiedu l-isforzi tagħhom fit-tieni taqsima u meritatament ġabu d-draw fl-74 minuta meta f’kontrattakk, Jamie Vardy qassam lejn is-sostitut Kelechi Iheanacho li b’xutt b’saħħtu mill-kaxxa għeleb lil Oerjan Nyland.

League Cup

Semifinali: Leicester v Aston Villa 1-1