Sport Sport Ieħor

Maria Sharapova se tieħu sehem fl-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

L-eks numru wieħed tad-dinja Maria Sharapova ngħatat wild card biex tkun tista’ tilgħab fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Open tal-Awstralja. Ir-Russa ta’ 32 sena, fil-preżent tinsab fil-147 post fir-rankings tad-dinja.

Hi ġejja minn staġun diffiċli hekk kif kawża ta’ problema fl-ispalla, ħadet sehem biss fi tmien tournaments. Din il-ġimgħa, Sharapova lagħbet l-ewwel logħba minn meta tilfet fl-ewwel rawnd tal-Open tal-Istati Uniti. Hi kienet megħluba 3-6, 6-1, 7-6 minn Jennifer Brady.

Id-direttur tat-tournament tal-Open tal-Awstralja Craig Tiley ikkonferma li r-rebbieħa tal-2008 ingħatat wild card biex tidħol fil-polza prinċipali tat-tournament li jibda fl-20 ta’ Jannar. Is-sena l-oħra, Sharapova tilfet kontra Ashleigh Barty fir-raba’ rawnd.