Futbol Sport

Real Madrid l-ewwel tim fil-finali tas-Super Cup Spanjola

(Ritratt: EPA)

Real Madrid huma l-ewwel tim finalisti għar-rebħ tas-Super Cup wara rebħa ta’ 3-1 kontra Valencia f’tournament li qed jintlagħab fl-Arabja Sawdija. Real Madrid jiltaqgħu kontra r-rebbieħ tas-semifinali tal-lum bejn Barcelona u Atletico Madrid, bil-logħba se tintlagħab ukoll fil-King Abdullah Sport City Stadium.

L-internazzjonali Ġermaniż Toni Kroos fetaħ l-iskor wara kwarta meta minn korner qabad lill-gowlkiper Jaume Domenech minn postu u dawwar il-ballun fix-xibka qabel il-gowlkiper seta’ jirkupra. Isco għamel l-iskor 2-0 fid-39 minuta b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni ċentrali fil-kaxxa.

Luka Modric skorja t-tielet gowl fil-65 minuta b’xutt għar-rokna tax-xibka. Valencia naqqsu d-distakk fit-92 minuta meta ngħataw wara li l-ballun ħabat ma’ id Sergio Ramos. Mill-11-il metru Dani Parejo skorja b’xutt b’saħħtu.

Super Cup Spanjola

Semifinali

Illum: Valencia v R. Madrid 1-3

Għada: Barcelona v A. Madrid 8.00pm