Lokali

Reklam falz juża l-isem ta’ Net News

Il-Bank Ċentrali jwissi biex il-pubbliku joqgħod attent għal scams ta' 'investiment' ta' dan it-tip

Stqarrija tal-Bank Ċentrali twissi li ġie identifikat tentattiv ta’ phishing minn sit li jippromwovi il-Bitcoin.

Dan ir-rapport falz jagħti x’jifhem li ġej mis-sit ta’ Net News, u jikkwota lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Mario Vella, kif ukoll lill-eks ġurnalista ta’ TVM, Norma Saliba, li kollha jikkonfermaw li l-kontenut huwa kompletament ivvintat.

Din mhix l-ewwel darba li ismijiet li jintgħarfu malajr qed jiġu użati biex prodotti talBitcoin jiġu rreklamati.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta javża lill-pubbliku biex joqgħod attent għal tentattivi ta’ phishing, partikolarment meta jinvolvu pariri ta’ investiment. Ilpulizija diġà ġiet mgħarrfa dwar l-attentat qarrieqi.