Lokali

Robert Abela jgħid li għandu l-kurrenti kontra tiegħu

Konxju li għandi l-kurrenti kontrijja. Hekk sostna l-kandidat għall-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt attività taħt it-tinda fil-lokalità ta’ Ħal Qormi.

Dan wara li l-Erbgħa filgħaxija f’esklussiva Net News kixef messaġġi fuq whatsapp minn gruppi ta’ delegati Laburisti jakkużaw lill-fazzjoni ta’ Fearne li qed ibagħbsu fl-elezzjoni tal-leader.

Dawn it-tali messaġġi juru qasma ċara li hemm fi ħdan il-Partit Laburista bit-tensjoni tiela jum wara jum hekk kif l-eżitu tal-elezzjoni tas-Sibt qed toqrob wara li l-Erbgħa filgħodu nfetħet l-early voting.

Robert Abela saħaq ukoll li huwa dejjem ħadem id f’id ma’ Joseph Muscat u l-lealtà tiegħu lejh ser tibqa’. Dan kollu minkejja aħbar wara l-oħra, fatt wara fatt dwar il-Prim Ministru – ir-raġel tas-sena għall-korruzzjoni u kriminalità organizzata. Minkejja dan kollu, Abela insista li huwa kburi li kien minn ta’ quddiem biex jilqa’ d-daqqiet.