Lokali

Sandro Chetcuti jiċħad li kellu uffiċċju fir-raba’ sular

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti taħt ġurament iddikjara li hu qatt ma kellu uffiċċju, la fir-raba’ sular u l-anqas f’sular ieħor fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.

Sandro Chetcuti qal li qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013, hu kien inkarigat biex ilaqqa’ nies involuti fin-negozju, minn kull qasam tas-soċjetà Maltija, mad-diriġenti tal-Lejber inkluż ma’ Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni.