Lokali

Scicluna maħsud bl-idea li ma jibqax Ministru tal-Finanzi

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qed jassumi li se jkun qed iżomm postu fil-Kabinett fl-istess kariga, ikun min ikun il-Prim Ministru l-ġdid.

Mistoqsi jekk Chris Fearne u Robert Abela kellmuhx dwar il-futur tiegħu u jekk hux se jżomm il-pożizzjoni tiegħu, Scicluna deher kważi maħsud anke biss bl-idea li ma jkollux f’idejh il-finanzi tal-pajjiż.

“AĦNA QED NOĦDUHA FOR GRANTED LI X-XOGĦOL TIEGĦI SE JITKOMPLA. MA MORTX NISTAQSI “SE JKUN HEMM RESHUFFLE? JEW JIEN SE NIBQA’ JEW LE?” NO. NOT AT ALL. JIENA ĦADTHA FOR GRANTED”

Dan minkejja li ż-żewġ kandidati t-tnejn qalu li se tkun il-prerogattiva tagħhom li jagħżlu l-kabinett li jridu huma.

Il-Ministru Edward Scicluna li bħalissa jinsab taħt inkjesta kriminali dwar id-deal skandaluż tal-Vitals stqarr li fl-2017 hu kien se jitlaq, jiġifieri ma kienx se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista.

U issa, għall-mistoqsija ta’ Net News dwar il-futur tiegħu wara li jkun magħżul il-Prim Ministru l-ġdid, hu wiegeb hekk.

“JEKK MA JKOLLHOMX BŻONNI NGĦIDILHOM ‘GRAZZI’.  GĦANDI ĦAFNA AFFARIJIET OĦRA X’NAGĦMEL”

Bħal donnu, jgħaddi mingħajr din ir-responsabiltà fuqu.

Iffaċċjat ukoll b’mistqosijiet dwar l-iskandlu tal-Vitals u l-fatt li issa Scicluna jinsab taħt inkjesta kriminali, hu qal li din hija gidba vvintata minn moviment, minn NGO.N

Kien f’dan l-istadju li Scicluna pprova jiddistakka ruhu minn dan id-deal li sar waqt li hu kien Ministru tal-Finanzi..

“JIEN MA KELLI X’NAQSAM XEJN MAD-DEAL, DWAR X’IFFIRMAJT, AĦSEB W’ARA FIL-ĦASIL TAL-FLUS. IMMA BĦAL MA GĦIDT DAWK IL-PROĠETTI MA KIENUX JAQAW TAĦT IL-MINISTERU TAL-FINANZI. FULLSTOP”.

Scicluna deher skomdu ferm meta staqsejnih jekk huwa, fil-vesti tiegħu ta’ Ministru tal-Finanzi kienx iffirma għal dan id-deal, bil-Ministru, imdarras ferm, iwieġeb hekk:

“NO MA FFIRMAJT XEJN. MA FFIRMAJT XEJN. ALRIGHT? NO”.

Stqaqsejna wkoll lill-Ministru tal-Finanzi jekk jaħsibx li, l-fatt li l-Budget għall-2020 ġie mfassal f’ambitu differenti minn dak li żviluppa fl-aħħar ġimgħat f’pajjiżna, jistax iħalli impatt ekonomiku, huwa qal li ma jeskludix li jkun hemm aktar trażżin fin-nefqa tal-budget minn dak imsemmi.