Lokali

Stqarrija tal-Lejber TIKKONFERMA li ċ-chat ta’ WhatsApp teżisti u li fiha allegazzjonijiet serjissimi

Il-PL jipprova jgiddeb lid-delegati tiegħu stess

Dik li kellha tkun stqarrija tal-Uffiċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista li tiċħad li chat fuq Whatsapp li ġiet żvelata minn Net News tixhed it-tbagħbis fil-voti għall-elezzjoni tas-Sibt li ġej, filfatt għamlet kollox minbarra dan.

L-isqarrija filwaqt li tgħid li dak li żvela Net News huwa gidba, imbagħad fl-ebda parti tagħha IMKIEN ma tiċħad l-awtentiċita taċ-chat u fi ftit kliem tgħid biss li dak li ntqal fiċ-chat ma huwiex minnu nnifsu prova li dan it-tbagħbis seħħ.

F’nofs kampanja li kull ma jmur qed tidher dejjem aktar evidenti li ħolqot l-akbar qasma fil-Partit Laburista sa mill-2008, meta Joseph Muscat ġie elett mexxej wara li għeleb lil George Abela, missier Robert Abela, il-Partit Laburista f’din l-istqarrija il-Partit Laburista baqa’ ma ċaħadx dak li qal Duminku fiċ-chat, u lanqas ma qalu jekk hux se jkunu qed jinvestigaw l-istess allegazzjonijiet.

Iċ-chat żvelata minn Net News

Dan kollu jikkonferma li s-sors li għandu Net News huwa affidabbli u awtentiku.