Internazzjonali

Tal-anqas tlieta feruti fi sparatura f’Ottawa, l-Kanada

Pulizija f’Ottawa avżaw lill-pubbliku biex ma jersqux lejn iż-żona ta’ madwar Gilmour Street wara li sparatura li seħħet ftit tal-ħin ilu ħalliet tal-anqas tliet persuni bi ġrieħi serji.

L-inċident seħħ f’Gilmour Street bejn Bank u Kent Street.

Tobba u paramediċi kkonfermaw li kienu dewwew lit-tlett vittmi li mbagħad ittieħdu lejn l-eqreb sptar. It-tlieta instabu li huma f’qagħda kritika mal-wasla tagħhom l-isptar.

Sa issa ma ngħatawx dettalji dwar jekk sarux arresti marbuta mal-każ.