Lokali

Tal-Lejber b’fehmiet kontrastanti dwar il-Kummissarju

Kemm il-Ministru Ian Borg u ankè s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis għandhom fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija.

Dan jikkuntrasta bi kbir ma’ dak li tennew iz-zewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista Robert Abela u Chris Fearne li qalu li jridu tibdil fit-tmexxija tal-Korp tal-Puliziija

F’kumment ma’ Net News … mistoqsi jekk għandux fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, il-Ministru Ian Borg ma tax tweġiba diretta. Qal biss li jemmen li l-istituzzjonijiet qed jagħmlu xogħolhom.

Il-Ministru Ian Borg ipprova anke jiddefendi lill-Kummissarju tal-Pulizija, li skont hu solva assassinju li xxokja pajjiż.

Intant waqt attivita’ differenti, Net News ghamel l-istess mistoqsija lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis illi qal li hu komdu bil-Kummissarju tal-Pulizija għaliex qed iġib ir-riżultati.

Mistoqsija oħra li Net News staqsa kienet dwar ix-xiedha li ta l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo fl-inkejsta dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Xiedha li minnha ħarġu dettalji importanti fosthom dwar kif bdiet l-investigazzjoni dwar l-iskandlu taż-żejt fejn f’dak il-kaz kien hu li mal-ewwel beda jinvestiga… mingħajr indħil ta-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien.

Minn naħa tiegħu l-Ministru Ian Borg qal li ma segwiex dak li qal Rizzo fil-Qorti għaliex qed isegwi iżjed il-kampanja għall-mexxej tal-Partit Laburista.

U għas-Segretarju Parlamentari Agius Decelis ix-xhieda li ta’ l-eks Kummissarju John Rizzo hi biss opinjoni tiegħu.

It-Tlieta waranofsinhar fil-Qorti l-eks Kummissarju ta-Pulizija John Rizzo fix-xiedha tiegħu qal li kull investigazzjoni dejjem tibda minn allegazzjoni. Fiz-zmien meta hu kien immexxi l-Korp, hekk kienu jsiru l-affarijiet. Iżda issa, mhux qed isir l-istess.