Ekonomija Lokali

Xejra ta’ żidiet fl-ammont ta’ nies bla xogħol

9,256 persuna jirreġistraw għax-xogħol

Ċifri ppubblikati dalgħodu mill-NSO juru xejra konsistenti ta’ żieda fil-qgħad – xejra li issa ilha tidher għal dawn l-aħħar ħames xhur, bis-sitwazzjoni tigrava meta f’pajjiż faqqgħet il-kriżi politika fix-xahar ta’ Novembru.

Fil-fatt, l-istatistika turi li r-rata ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol telgħet għal 3.5 fil-mija. Minn Ġunju 2019 sa Novembru 2019, in-nies bla xogħol żdiedu minn 3.3 fil-mija għal 3.5 fil-mija. Dan juri xejra konsistenti ta’ żieda fil-qgħad.

L-aħħar ċifri tal-NSO juru li f’Novembru 2019 in-nies jirreġistraw għax-xogħol telgħu għal 9,256 persuna.