Illum, il-Kwestur tal-Parlament Ewropew David Casa għamel żjara ta’ kortesija lir-Re u r-Reġina tal-Belġju. Huwa kien mistieden bħala Membru tal-Bureau tal-Parlament Ewropew għall-bidu tas-sena l-ġdida.
Ħafna mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jinsabu fil-madwar tal-kapitali Belġjana, Brussell u bis-saħħa t’hekk, bosta uffiċjali tal-UE jgħixu u jaħdmu fi Brussell u fi bliet oħra Belġjani.
Għal din ir-raġuni hemm relazzjoni partikulari u b’saħħitha ħafna bejn l-UE u l-Istat Belġjan. Wara l-laqgħa mar-Re u r-Reġina l-ewroparlamentari Casa enfasizza l-importanza tal-UE, li bħala korp multilaterali jservi bħala xempju ta’ stabbiltà f’dinja li qed tinbidel malajr u xi kultant tkun saħansitra imprevedibbli.
//= $special ?>