Sadeen Group, jew aħjar il-Ġordaniżi tal-Universita Amerikana f’Bormla qed jappellaw mid-deċiżjoni tal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Is-sena li għaddiet l-Awtorita’ tal-Ippjanar ma approvatx permess biex żona ta’ parkeġġ fl-Isla tintuża mill-Ġordaniżi biex jibnu dormitorju.
Fuq il-paġna ta’ Facebook Azzjoni; Tuna Artna Lura, ftit tal-ħin ilu tħabbar li Sadeen Group se jappellaw minn din id-deċiżjoni. Fuq din il-paġna qed isir l-appell sabiex ir-residenti tal-Isla jerġgħu jiġġieldu għal dak li hu tagħhom.
Fuq din il-paġna tħabbar wkoll li dalwaqt se jibdew kampanja ta’ crowdfunding fuq din il-paġna sabiex ikunu jistgħu ikopru l-ispejjeż.
F’Ottubru tas-sena l-oħra ir-residenti tal-Isla ipprotestaw sabiex dik l-art viċin il-maċina tibqa’ tar-residenti u mhux tingħata lill-privat. Ir-residenti kienu qali li jekk isir il-proġett tal-Ġordaniżi se tkompli tiżdied il-problema ta’ parkeġġ li jaffaċċjaw ir-residenti ta’ kuljum. Qalu wkoll li minkejja li bħalissa jistgħu jgawdu l-veduta, jekk isir il-proġett, il-wirt storiku se jispiċċa jitgħatta kollu.
//= $special ?>