Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Konferma finali għal Brexit mill-House of Commons

Id-deputati parlamentari f’Londra taw l-appoġġ finali lill-abbozz li għandu jimplimenta l-ftehim tal-Gvern Britanniku għal Brexit.

Il-House of Commons ivvota bi 330 vot kontra 231 għall-Withdrawal Agreement Bill meta l-abbozz, il-ġimgħa d-dieħla, irid jgħaddi quddiem il-House of Lords ( magħmul mill-membri mhumiex eletti) għal aktar skrutinju. F’każ li l-membri (peers) tal-House of Lords jagħżlu li jemendaw l-abbozz, dan irid jirritorna quddiem id-deputati fil-House of Lords

L-abbozz — li għadda mingħajr diffikultà mit-tielet qari fil-Parlament — ikopri l-pagamenti ‘tad-divorzju’ tar-Renju Unit lill-Unjoni Ewropea minbarra d-drittijiet taċ-ċittadini, l-arranġamenti doganali għall-Irlanda ta’ Fuq u l-perjodu tat-tranżizzjoni ippjanat li hu effettiv għal ħdax il-xahar.

Ir-Renju Unit għandu joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar li ġej.