Ekonomija Lokali

Reġa’ nqata’ d-dawl f’diversi lokalitajiet – Skont l-Enemalta kien hemm ħsara fl-impjant tal-gass

F’diversi lokalitajiet reġgħat marret il-provvista tal-elettriku.

Fost il-lokalitajiet milquta kien hemm Birkirkara, Santa Venera, il-Ħamrun, Naxxar, Pembroke, San Gwann, San Ġiljan, iż-Żejtun, il-Fgura, Wied il-Għajn, Ħaż Żabbar, il-Mosta, Ħal Balzan u fost oħrajn anke l-Freeport f’Birżebbuġa spiċċa mingħajr elettriku.

Intant minn naħa tagħha l-enemalta fi stqarrija qalet li l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku kienet ħsara li żviluppat fl-impjant tal-gass ta’ Delimara.

Il-provvista ġiet lura għan-normal għal-ħabta tas-2pm għalkemm f’lokalitajiet bħal Wied il-Għajn, San Ġwann, San Ġiljan, il-Mosta, il-Marsa, Marsaxlokk u l-Ħamrun il-provvista tal-elettriku għadha ma ġietx lura għan-normal.