Lokali Qorti

Keith Schembri kien beda jiġi investigat 4 snin ilu…fejn spiċċat din l-investigazzjoni?

Joseph Muscat kien jaf b'dan kollu, u ilu mill-2016 jiddefendih

“Operation Green” – hekk kien jisimha l-investigazzjoni li kien beda l-eks Kummissarju Michael Casar fil-konfront ta’ Keith Schembri u Brian Tonna ta’ Nexia BT.

Dan id-dettall ġdid ħareġ mill-Qorti fix-xiehda li ta l-eks Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija hekk kif issoktat l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia.

Cassar qal li l-investigazzjoni tiegħu bdiet fit-8 t’April tal-2016, ftit tal-gimghat biss wara li Caruana Galizia żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers.

Ghoxrin gurnata wara li bdiet “Operation Green”, il-Kummissarju kien irriżenja mit-tmexxija tal-Korp. Sal-lum, ħadd ma jaf fejn waslet “Operation Green” u jekk ġietx konkluza. Li hu żgur hu, li Keith Schembri qatt ma tressaq b’akkuzi formali.

F’hin minnhom, is-smigħ tal-inkjesta kompla fil-maghluq. U kien hawn illi Michael Cassar spjega r-ragunijiet vera tar-rizenja tieghu.

Jidher illi Michael Cassar ta testimonjanza tahraq, tant illi hu stess talab lill-Bord biex ma jkunx hemm membri tal-pubbliku u gurnalisti. Fl-awla, inzammu biss il-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia.