Jekk kien hemm min qed jaħseb li fil-kampanja tal-Partit Laburista, sabiex jiġi elett mexxej ġdid, kollox miexi sew u kif sippost, sejjer żbaljat. Dan hekk kif issa dawk il-battibekki bejn dawk li huma favur il-kandidat Chris Fearne u dawk favur il-kandidat Robert Abela inbidlu fi gwerra fil-miftuħ.
Wara l-konversazzjoni fuq WhatsApp li żvela Net News il-bieraħ u li fiha hemm messaġġi li jikkonfermaw li hemm tbagħbis fil-listi tal-voti ta’ dawk eleġibbli jivvutaw is-Sibt, issa oħt il-mara tal-kandidat Robert Abela ġiet attakkata fuq Facebook. Fost dawk li attakkawha kien hemm l-assistenta personali ta’ Chris Fearne, Paula Cauchi.

Int qed “ixerred il-gideb. Stennejt ħafna aħjar minnek” – kitbet Paula Cauchi
Minn naħa tagħha oħt i-mara ta’ Robert Abela, Alison Zerafa Civelli, li hi s-Sindku Laburista ta’ Bormla rrispondiet billi kitbet li dik hi l-paġna tagħha ta’ Facebook u tikteb dak li tħoss.
” Moħħ għandi u esperjenza wkoll. Li kellek tagħmel hu li twaqqaf in-nies tiegħek milli jxerrqu ritratti u videos qarrieqa. Mela lili???? ” – Alison Zerafa Civelli
Oħt Lydia Abela kompliet tgħid illi dawk viċin Fearne ma jużawx il-paġna tagħha biex ikomplu jbeżżgħu lin-nies.

Kien hemm imbgħad diversi delegati laburisti li kellhom reazzjoni għal dawn il-kummenti, l-aktar għall-kumment fejn l-assistenta ta’ Fearne ddeskriviet lil dawk li huma favur Robert Abela bħala “trolls”
//= $special ?>