Lokali

Martin Balzan konfermat President tal-MAM

It-Tabib Martin Balzan kien konfermat mill-ġdid bħala President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija għat-tliet snin li ġejjin

Dan filwaqt li t-Tabib John Paul Tabone kien konfermat fil-kariga ta’ segretarju Ġenerali tal-MAM. Min-naħa l-oħra t-Tabib Clifford Caruana ġie elett Viċi President.

Martin Balzan ilu attiv fil-MAM sa mill-1997 u fil-pożizzjoni tat-tmexxija għal dawn l-aħħar 18-il sena sa mill-2001.

Balzan saħaq li jinsab kuntent ħafna li se jkompli jaħdem fil-professjoni medika hekk kif esprima s-sodisfazzjon tiegħu li ġie elett Kunsill żagħżugħ u dinamiku.