Futbol Sport

Chris Wilder iġedded il-kuntatt ma’ Sheffield United sal-2024

(Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Sheffield United Chris Wilder ġedded il-kuntratt bħala manager tal-klabb sal-2024. Wilder li għandu 52 sena, inħatar manager ta’ Sheffield United fl-2016 fejn irnexxielu jwassal lill-klabb minn League 1 għal Premier League b’żewġ promozzjonijiet fl-ewwel tliet staġuni tiegħu. Sheffield United huma meqjusa bħala s-sorpriża pożittiva tal-kampjonat hekk kif jinsabu fit-tmien post b’29 punt.

F’Lulju li għadda, Wilder iffirma kuntratt ġdid ta’ tliet snin wara li kien strumentali biex Sheffield United irritornaw fil-Premier League wara 12-il sena. Fl-ewwel kumment lis-sit uffiċjali tal-klabb, Wilder esprima s-sodisfazzjon tiegħu u rringrazzja lis-sid tal-klabb il-Prinċep Abdullah li offrielu l-kuntratt.