Ekonomija Lokali

Fearne jindirizza l-Kamra tal-Kummerċ; Abela ma jitfaċċax

Il-Kamra tal-Kummerċ tipproponi Ministru għall-Governanza Tajba

Dalgħodu waqt attività organizzata mill-Kamra tal-Kummerċ fejn iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista ġew mistiedna jindirizzaw lil negozjanti li attendew, id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne wieġeb mistqosjiet magħmhula lilu marbuta mal-kummerċ u n-negozju f’pajjizna.

Iżda l-kandidat l-ieħor għat-tmexxija tal-Lejber, Robert Abela għażel li fl-aħħar sigħat javża lill-Kamra li mhux se jkun qed jattendi għax “għandu impenji oħra”. Abela ingħata wkoll l-opportunità li jwieġeb l-istess mistoqsijiet li wieġeb Fearne fuq video. Madankollu l-Kamra ma waslhula l-ebda videos bi tweġibiet.

Intant, wara li ntemmet is-sessjoni ta’ mistoqijiet lil Chris Fearne, il-President tal-Kamra ta;-Kummerċ, il-Perit David Xuereb ħabbar li fid-dawl tal-kriżi politika li laqtet il-pajjiż u li ħalliet effetti negattivi fuq in-negozji Maltin, il-Kamra għamlet eżerċizzju fl-aħħar jiem fejn analizzaw dak kollu li wassal lil pajjiżna fiċ-ċirkostanzi tal-lum. Il-Kamra laqqgħet numru kbir ta’ esperti u kkonsultat ma’ diversi partijiet biex ħarġet b’65 proposta.

Fost dawn il-proposti, il-Kamra tal-Kummerċ tipproponi li Gvern ġdid jaħtar Ministru għall-Governanza Tajba sabiex jiġi assigurat li dak li ġara fl-aħħar xhur pajjiżna ma jerġax jgħaddi minnu.

Il-President tal-Kamra, il-Perit David Xuereb ħabbar li fid-dawl tal-kriżi politika li laqtet il-pajjiż u li ħalliet effetti negattivi fuq in-negozji Maltin, il-Kambra għamlet eżerċizzju fl-aħħar jiem fejn laqqat numru kbir ta’ esperti.

X’qal Fearne?

Fost il-mistoqsijiet li kellu Chris Fearne, kien hemm bosta kelliema li stqasewh dwar l-instabbilità u l-futur tan-negozju, fid-dawl tal-ħsara li saret fl-aħħar xhur.

Fit-tweġiba tiegħu, Fearne qal li llum l-imsieħba tagħna fl-Ewropa tilfu l-fidjuċja fina u li illum dawn saru jgħidulna li qabel kienu jafdawna imma llum m’għadhomx.

Dwar fil-provvista tal-elettriku, Fearne irrepeta kliem il-Ministru tal-Enerġija Joe Mizzi meta qal li dawn huma affariieit li jiġru u li fadal tlett xhur qabel ma l-provvista terġa’ tiġi lura għan-normal. Qal ukoll li wasal iż-żmien li nibdew nieħdu bis-serjetà l-enerġija alternattiva wara li l-Gvern ilu s-snin jitkellem biss u ma jagħmel xejn.

Fearne ġie mistoqsji jekk ibiddilx ir-riforma tal-kiri u jneħħix r-reġistrazzjoni tal-kuntratti, iżda huwa wieġeb li se jibqa’ jeżiġi r-reġistrazzjoni ta’ dawn il-kuntratti.

Dwar il-fatt li pajjiżna jinsab 30 sena lura f’dak li hu trasport pubbliku u mistoqsi xi proposti għandu għal proġetti ġodda ta’ trasport sabiex jonqos l-użu tal-karozzi privati, id-deputat mexxej Laburista qal li l-Gvern qed joffri t-trasport b’xejn b’tal-linja diġa lil għadd ta’ persuni u b’nofs tbissima qal li b’tal-linja jaqbillek.

Pressat imbagħad dwar it-tibdil fl-Awtorità tal-Ippjanar u s-sitwazzjoni tal-iżvilupp f’pajjizna, Fearne ikkummenta li “il-cowboys idejquni”.