B’mod poetiku temm l-aħħar diskors tiegħu qabel l-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista tas-Sibt li ġej il-co-pilot ta’ Joseph Muscat, Chris Fearne… hekk kif silet il-vrus ta’ Manwel Pace mill-Innu tal-Partit Laburista.
L-attività ta’ Chris Fearne saret waqt riċeviment f’dik li kienet l-aħħar avveniment tal-kampanja – avvenimenti li ghalihom il-media qatt ma kienet mistiedna u ma tħallejniex nidħlu.
Wara dak kollu li għadda minnu pajjiżna, id-Deputat Prim Ministru għal darba, tnejn, tlieta ftaħar li hu kburi li kien spalla ma’ spalla ma’ Joseph Muscat.
U wara l-allegazzjonijiet u l-ilment formali li ressaq il-kandidat l-ieħor għat-tmexxija, Robert Abela, b’rabta mat-tbagħbis fl-elezzjoni tal-leadership, Chris Fearne infexx ifaħħar lill-Kummissjoni Elettorali u l-istrutturi tal-Partit Laburista li ma tawx raġun lil Robert Abela.
F’diskors li matulu għamel eloġju fuq il-nmexxejja passati tal-Partit Laburista, Chris Fearne deher ewforiku, speċjalment wara li fl-aħħar jiem, surveys konsekuttivi urew li l-Partit Laburista naqqas fl-appoġġ
Chris Fearne, izda, spiċċa jammetti li wara 7 snin ta’ Gvern Laburista baqa’ ħafna problemi soċjali li ma ġewx indirizzati minn Joseph Muscat.
Intant, qabel id-diskors ta’ Chris Fearne, saru numru ta’ testimonjanzi dwar il-Ministru tas-Saħħa fosthom ta’ impjegat tal-istess Ministeru, Frans Ghirxi, eks Editur tal-Orizzont, li spiċċa jammetti li l-pajjiż jinsab f’maltempata
Testimonjanza oħra waslet mingħand is-Sindku tal-Imtarfa, Daniel Attard, li sa ftit żmien ilu kien jassisti lil Konrad Mizzi. Hu għamel diskors kollu botti lejn Robert Abela.
//= $special ?>