Il-kowċ nazzjonali Malti Karl Izzo ddeskriva l-għażla taż-żewġ gowlkipers bħala l-aktar diffiċli li kellu jieħu biex għażel l-iskwadra finali. Il-gowlkipers Nicky Grixti u Alan Borg Cole ġew magħżula minn Izzo, b’Jake Tanti jibqa’ barra mill-iskwadra finali.
Fil-Kampjonat Ewropew tal-2016 f’Belgrad, Izzo għażel lil Nicky Grixti u Alan Borg Cole, b’Grixti u Tanti jkunu ż-żewġ gowlkipers magħżula fil-Kampjonat Ewropew tal-2018 f’Barcelona. Fatt interessanti hu li għaxra mit-13-il plejer magħżula għall-Kampjonat Ewropew f’Budapest, kienu preżenti fl-aħħar Kampjonat Ewropew f’Barcelona.
L-iskwadra finali
Nicky Grixti (Sliema), Jerome Gabarretta (Sliema), Andreas Galea (San Ġiljan), Gabriel Pace (Neptunes), Darren Zammit (San Ġiljan), Matthew Zammit (San Ġiljan), Stevie Camilleri (Neptunes), Jordan Camilleri (Neptunes), Jeremy Abela (Neptunes), Aurelien Cousin (Exiles), Ben Plumpton (San Ġiljan), Dino Zammit (San Ġiljan), Alan Borg Cole (Neptunes)
Il-logħob ta’ Malta fi Grupp Ċ
It-Tlieta 14 ta’ Jannar: Malta v Spanja 1.00pm
Il-Ħamis 16 ta’ Jannar: Malta v Turkija 11.30am
Is-Sibt 18 ta’ Jannar: Malta v Ungerija 7.00pm
//= $special ?>