Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jirrapporta Fake Profiles fuq Facebook

Fis-sigħat li għaddew il-Membru Parlamentari Karol Aquilina għamel rapport lill-Pulizija biex issir investigazzjoni dwar numru ta’ fake profiles fil-mezzi soċjali (Facebook u Messenger).

Dawn il-fake profiles kienu qed jużaw l-isem tal-Membru Parlamentari Karol Aquilina kif ukoll ritratt tiegħu. Permezz ta’ dawn il-fake profiles persuni mhux magħrufa bagħtu numru mhux magħruf ta’ messaġġi dwar għotjiet ta’ flus u impjiegi mal-Gvern.

Fl-istess messaġġi ntalbu informazzjoni personali u ħlas ta’ flus mill-persuni li rċevewhom. Fir-rapport tiegħu, il-Membri Parlamentari Karol Aquilina informa lill-Pulizija li persuna jew persuni mhux magħrufa kienu ħolqu fake profiles tiegħu biex jippruvaw jiffrodaw persuni permezz ta’ messaġġi qarrieqa filwaqt li jitfgħu dell ikrah fuqu. Il-Membri Parlamentari Karol Aquilina appella biex messaġġi qarrieqa bħal dawn jiġu njorati minn min jirċevihom. 

Ikkummenta