Fil-jiem li ġejjin se jkompli x-xogħol ta’ skavar marbut mal-proġett Townsquare f’Tas Sliema.
Skont stqarrija s-sidien tal-proġett qalu li x-xogħolijiet bdew u se jkomplu u dan wara l-approvazzjoni tal-proġett mill-Awtorita’ tal-Ippjanar f’Ġunju, wara li kienu sarulu xi emendi fil-pjanti kif rikjesti mill-Awtorita’.
Dan hu proġett ta’ 28 sular b’159 appartament, uffiċini u ristoranti.
Bħala parti mill-proġett Townsquare se tkun wkoll sottomessa applikazzjoni għal dik li sejħu ‘lifestyle business hotel’ f’Tas Sliema u dan skont il-policies li jirregolaw stabbilimenti għal skop turistiku u li din il-lukanda se tkun minflok bini li kien jintuża bħala uffiċini.
Il-Kap Eżekuttiv għall-proġett Townsquare, Peter Diacono permezz tal-istqarrija qal li skont riċerka li huma għamlu hemm bżonn ta’ ‘business hotel’ fiż-żona ta’ Tas Sliema. Qal wkoll li dan il-proġett se jkun qed jikkumplimenta l-istil ta’ ħajja, -komunita’ kummerċjali u l-ispazji tan-negozju fiż-żona.
L-istqarrija tgħid wkoll li l-proġett Townsquare se jkun l-ikbar żona aċċessibbli mingħajr karozzi fil-qalba ta’ Tas Sliema.
Bħala parti minn dan il-proġett se tkun restawrata wkoll Villa Drago u l-ġonna tagħha.
//= $special ?>