Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-9:45am, il-Pulizija ssejħu fil-Kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun wara li raġel allegatament daħal jistaħba fil-garaxx taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Net News hu infurmat li fil-post waslet karozza bis-siren, u żewġ uffiċjali tal-Pulizija dehru deħlin fiċ-Ċentru Nazzjonali. Ftit wara, mal-Pulizija ħareġ raġel li l-identita’ tiegħu għadha trid tkun konfermata.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija għadu jrid jagħtina aktar dettalji dwar din l-aħbar, iżda għalissa ma ħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali.
//= $special ?>

