Lokali

Immigranti jaqalgħu xebgħa f’Mount Carmel, wieħed rikoverat l-isptar

Mill-Arkivji

4 immigranti li ddaħħlu Mount Carmel ilbieraħ spiċċaw qalgħu xebgħa minn pazjenti Maltin, b’wieħed minnhom ikollu jiddaħħa l-isptar.

Sorsi li tkellmu ma Net News qalulna li l-Ħamis, pazjenti fis-sala 8A fl-isptar Mount Carmel saru jafu li kienu se jiddaħħlu 4 immigranti fil-ward tagħhom. Dawn tal-aħħar ma ħadux gost bl-aħbar u ma riedux li l-immigranti jitpoġġew fil-kamra tagħhom.

Madankollu dawn tpoġġew fis-sala fuq saqqijiet mal-art, biex aktar tard filgħaxija, pazjenti Maltin allegatament attakkaw lil dawn l-immigranti, b’wieħed minnhom ikollu jiġi rikoverat l-isptar.

Fuq iol-post issejħu l-Pulizija li jidher li se jkunu qed itellgħu xi ħaddiema tal-isptar bħala xhieda dwar il-każ.

Ir-rapport tal-Puliżija dwar dan il-każ jgħid li ħadd ma weġġa’ fil-ġlieda bejn il-pajenti iżda Net News hu infurmat li wieħed mill-immigranti ttieħed Mater Dei biex jiddewwa għall-ġrieħi li ġarrab.