Lokali

Jinbidlu s-security codes tar-4 sular minn nies ta Fearne… ta’ Abela mhux jitħallew jidħlu

Sorsi qrib il-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista komplew jikkonfermaw dak li Net News irrapporta fl-aħħar jiem li fil-kurituri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista fil-Ħamrun hemm arja tqila u tensjoni dejjem tiżdied.

Din il-kamra tal-aħbarijiet tinsab infurmata li fil-ġimgħat li għaddew, l-aċċess għar-raba s-sular sar ristrett u saħansitra inbidlu l-codes kif ukoll is-serraturi bil-għan li n-nies ta’ Joseph Muscat ma jkollomx aktar aċċess għal ġewwa.

Jidher li dan kollu sar bil-barka ta’ Randolph Debattista li huwa CEO tal-Partit Laburista.

Huwa sigriet magħruf li Randolph Debattista kif ukoll l-uffiċċju elettorali tal-Lejber jinsabu għaddejjin b’ ħidma kbira u qed jappoġġjaw b’mod apert lil Chris Fearne waqt il-kampanja għal ħatra ta’ mexxej ġdid.