Ekonomija Kummerċ Lokali

KIKO Milano… minn għada f’Malta!

Fl-aħħar wasal il-waqt!

Wara t-tħabbira b’feedback pożittiva online kważi sena ilu, il-ġganti kożmetiċi Taljani KIKO Milano huma finalment lesti biex iniedu l-ewwel franchise store tagħhom f’Malta proprju nhar is-Sibt li ġej f’Tas-Sliema.

KIKO Milano lest biex jiftaħ il-bibien tiegħu għada f’Tignè Point Level 0, waqt attività li tibda fil-11am.

Fl-inawgurazzjoni tal-ħanut, li jinsab fil-qrib taż-żona fejn hemm Nespresso u l-Ispiżerija Brown’s, se jkunu qed jitqassmu rigali bla ħlas ma’ kull xirja li jagħmlu l-ewwel 200 klijent. Se jkun hemm ukoll DJ’s idoqqu biex ikomplu jsebbħu l-atmosfera u jallegraw lil dawk preżenti.

B’aktar minn 22 sena ta’ esperjenza u aktar minn 900 ħanut madwar id-dinja, KIKO Milano hu wieħed mill-ikbar ismijiet fil-qasam tal-kożmetika, u bla dubju post fejn dawk kollha li jħobbu l-make-up jistgħu jinqdew b’numru kbir ta’ prodotti rinomati u għal diversi okkażjonijiet.

Il-wasla f’Malta ta’ KIKO Milano hi grazzi għal Dizz Group, li se jibdew l-20 sena tal-operat tagħhom f’Malta bl-aqwa mod possibbli. Imma l-grupp isostni li fil-pjani tagħhom għas-sena 2020 dan għadu biss il-bidu.

Sa tmiem din is-sena, il-gżejjer tagħna se jkollhom erba’ ħwienet ta’ KIKO Milano.

Dizz Group qed jieħdu dan l-20 anniversarju tagħhom bl-akbar serjetà, u se jkunu qed iniedu tliet ħwienet oħra wara l-ftuħ ta’ dak ta’ Tas-Sliema s-Sibt li ġej.

Mela lestu ruħkom biex tkunu tistgħu tixtru l-prodotti KIKO minn ħwienet oħra f’Baystreet, Ħal Qormi u l-Belt Valletta sa tmiem is-sena 2020.