Lokali

Manuel Cuschieri jwissi dwar tpattija lin-nies ta’ Abela

L-eks President tal-Lejber Manuel Cuschieri, f’intervent li għamel waqt attività tal-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista, Robert Abela wissa dwar “tpattijiet”.

Mingħajr ma daħal f’dettalji jew isemmi ismijiet, hu wissa dwar azzjonijiet ta’ tpattija wara l-elezzjoni ta’ għada.

Il-kummenti ta’ Cuschieri ittieħdu bħala li qed jirreferu għal tpattijiet li jistgħu isofru n-nies li ħarġu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Robert Abela, minn nies ta’ l-avversarju tiegħu Chris Fearne, jekk dan tal-aħħar ikun elett mexxej tal-Partit Laburista.

Cuschieri kien qiegħed hu stess jagħti l-appoġġ tiegħu lill-konsulent ta’ Joseph Muscat f’attività f’din l-attività f’Raħal Ġdid.

Waqt l-istess attività, Manuel Cuschieri qal li lest iċedi l-pożizzjoni tiegħu fil-partit biex jiddefendi lil Laburisti li jitpoġġew f’pożizzjoni imbarazzanti minħabba l-preferenzi tagħhom fit-tmexxija.