Minkejja l-impatt negattiv fuq ir-residenti u t-traffiku, l-Awtorità tal-Ippjanar tat il-barka għal lukanda massiva ta’ 11-il sular fi triq residenzjali dejqa f’Tas-Sliema.
L-applikazzjoni għal-lukanda fi Triq Howard kienet oriġinarjament irrakkomandata biex tiġi miċħuda iżda fis-seduta tal-Ħamis quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar kien konfermat li l-iżvilupp massiċċ se jsir u se jintuża esklussivament bħala lukanda.
Kienu ħafna l-għaqdiet li oġġezzjonaw għal din il-lukanda, fosthom Flimkien Għal Ambjent Aħjar iżda kif ġara b’ħafna proġetti ta’ dan it-tip mill-2013 sal-lum, għaddiet tal-iżviluppatur u mhux tal-ambjentalisti jew tar-residenti.
Filfatt kienu ħafna r-residenti li rrabjaw fid-dawl ta’ din id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Huma jinsabu urtati li din il-lukanda massiċċa se tinbena f’żona ta’ bini residenzjali.
Dan mhux biss se joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta’ Tas-Sliema iżda se jkompli jkabbar il-problemi tat-traffiku u parkeġġ fl-akwati.
//= $special ?>