Sheffield United kisbu rebħa oħra prezzjuża meta fi Bramall Lane għelbu lil West Ham 1-0 f’logħba li kellha tmiem eċċitanti. B’din ir-rebħa huma telgħu momentarjament mal-ewwel ħamsa fil-klassifika. Il-gowl deċiżiv wasal fit-53 minuta meta minn żball tal-gowlkiper sostitut David Martin, John Fleck ħa l-ballun, qabeż difensur u qassam lejn Oliver McBurnie li għadda l-ballun minn taħt idejn Martin.
West Ham kienu għoddhom ġabu d-draw fit-92 minuta b’passaġġ ta’ Declan Rice lejn Robert Snodgrass li bl-għajnuna tal-wieqfa, għeleb lil Dean Henderson. Iżda l-gowl ġie mħassar bil-VAR wara li l-ballun mess ma’ id Rice fl-azzjoni li wasslet biex ġie skorjat il-gowl.
//= $special ?>