Sport Sport Ieħor

Spanja u s-Serbja jingħaqdu mal-Awstralja u r-Russja fis-semifinali tal-ATP Cup

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal irkupra minn telfa sorpriża fil-logħob individwali biex għen lil Spanja tegħleb lill-Belġju biex b’hekk għaddew għas-semifinali.

Nadal tilef kontra David Goffin 6-4 7-6, b’Roberto Bautista Agut jirkupra għall-Ispanjoli meta għeleb lil Kimmer Coopejans 6-1 6-4. Fid-doubles, Nadal u Pablo Carreno Busta għelbu lil Sander Gille u Joran Vliegen 6-7,7-5 10-7. Fis-semifinali huma jiltaqgħu kontra l-Awstralja.

Iktar kmieni, s-Serbja għelbet lill-Kanada 3-0 biex fis-semifinali jilagħbu kontra r-Russja. Novak Djokovic kellu jitħabat biex għeleb lil Denis Shapovalov tal-Kanada 4-6, 6-1, 7-6.

In-numru tnejn fid-dinja kien rebaħ il-logħob kollu tas-singles fl-ATP Cup qabel b’diffikultà għeleb ukoll lill-Kanadiż biex tefa’ lis-Serbi b’vantaġġ komdu. Fid-doubles Nikola Cacic u Viktor Troicki rebħu kontra Peter Polansky u Adil Shamasdin 6-3, 6-2.

Riżultati

Kwarti tal-finali

Ilbieraħ: Serbja v Kanada 3-0, Belġju v Spanja 1-2

Logħob li jmiss

Illum: Semifinali:Serbja v Russja, Awstralja v Spanja

Tags