Student ta’ 11-il sena fetaħ in-nar ġo skola fil-Messiku fejn qatel għalliem u ħalla numru ta’ feruti, qabel dawwar l-arma għal fuqu nnifsu u kkommetta suwiċidju.
L-inċident seħħ ġo skola elementarja privata fil-belt ta’ Torreon, fl-Istat ta’ Coahuila. Mhux ċar s’setgħu kienu l-iskopijiet tat-tifel. Filwaqt li r-rata tal-omiċidji fil-Messiku hi waħda għolja, l-isparaturi fl-iskejjel huma fenomenu pjuttost rari.
It-tifel inkwistjoni kien imfisser bħala ‘student tajjeb li ma kienx jaqla’ il-problemi’ u li kien jgħix flimkien ma’ nanntu. Sar magħruf li t-tifel, waqt l-isparatura, kien qed iġorr żewġ armi tan-nar iżda mhux ċar ‘kif dawn spiċċaw f’idejh’.
//= $special ?>