Fid-19 ta’ Jannar se terġa titella’ l-festa taċ-ċitru. Festa li bħal kull sena ssir fil-jum tal-Hadd, fil-ġonna tal-Palazz ta’ San Anton Ħ’Attard
Id-dettalji dwar il-11-il edizzjoni tal-Festa Ċitru ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-President George Vella. Konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-ġonna tal-Palazz u li għaliha kien hemm studenti minn żewġ skejjel primarji – Il-Kulleġġ St Thomas Moore taż-Żejtun, u l-Kulleġġ San Injazju ta’ Ħal Qormi.
Fil-ġonna tal-Palazz tal-President f’Ħ’Attard hemm aktar minn 500 siġra taċ-ċitru u bil-frott isiru diversi prodotti li ser ikunu għall-bejgħ waqt il-Festa taċ-Ċitru.
Fatt interessanti li l-President George Vella spjega lill-istudenti kien li fi żmien il-Kavallieri li wieħed ikollu siġra taċ-ċitru b’mod partikolari tal-laring kien ifisser li dak li jkun hu sta bene – sinjur.
Il-Festa taċ-Ċitru tad-19 ta’ Jannar se tibda fid-9am sal- 5pm. Dakinhar se jkun hemm wkoll għall-bejgħ il-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb’ bil-fondi kollha se jmorru b’risq il-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>