Lokali

Anzjan jittajjar f’każ ta’ hit-and-run

Anzjan spiċċa ferut wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3pm.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ 69 sena residenti Ħal Qormi stess safa’ milqut minn vettura.

Tim mediku assista lir-raġel u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-kura, fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Is-sewwieq tal-vettura telaq mill-post ta’ l-inċident.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.