Lokali

Bżonn ta’ iktar donazzjonijiet tad-demm b’mod immedjat

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jitlob biex iktar nies jaħsbu f’ħaddieħor hekk kif hemm bżonn ta’ iktar donazzjonijiet tad-demm b’mod immedjat. Dan b’mod speċjali donazzjonijiet ta’ demm tat-tip O positive u A negative.

Kien apprezzat il-mijiet ta’ nies li fl-aħħar jiem ta’ festi resqu biex jagħtu d-demm. Madanakollu, il-bżonn jibqa’ tul is-sena kollha hekk kif ammont kbir ta’ pazjenti jkollhom bżonn id-donazzjoni tad-demm biex jgħixu.

Il-bank tad-demm qed jitlob biex wieħed imur bejn illum jew għada filwaqt li wieħed għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità.

L-għoti tad-demm jista’ jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh kuljum mit-8:00am sas-6:00pm
  • il-Ħadd, 12 ta’ Jannar bejn it-8:30am u s-1:00pm fil-Mobile Blood Donation Unit li ser ikun maġenb il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt. Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313.