Lokali

TIFTAĦ IL-VOTAZZJONI: Fearne u sħabu barra r-Rialto

Nhar l-Erbgħa li għadda diġà vvutaw 353 persuna fl-early voting

Fit-8am fetħu l-postijiet ta’ votazzjoni fl-elezzjoni li permezz tagħha l-Partit Laburista se jeleġġi Mexxej ġdid – il-persuna li se jkun qed jieħu post Joseph Muscat fit-tmexxija ta’ Kastilja.

Il-votazzjoni tal-lum tibqa’ sejra sat-8pm, u hija mifruxa fi 13-il post; wieħed f’kull Distrett. Il-membri tal-Partit Laburista fil-fatt qed jivvutaw fil-każini tal-partit, filwaqt li fit-2 Distrett u l-10 Distrett qed jintużaw ir-Rialto u l-Orpheum bħala postijiet ta’ votazzjoni.

Dalgħodu Net News sab lil Chris Fearne barra r-Rialto jikkordina lin-nies tiegħu. Preżenti fuq barra kien hemm diversi deputati, fosthom Glenn Bedingfield u Chris Agius.

Ritratti: Matthew Tabone
Ritratti meħuda dalgħodu għall-ħabta tat-8am

L-għadd tal-voti hu mistenni li jibda għall-ħabta tal-10pm, u se jsir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara li jkunu waslu l-kaxxi kollha bil-voti, inkluż dik ta’ Għawdex.