Kultura Lokali Mużika

‘Ħodon Fjuri lil San Publju’ – kantata b’identità Maltija

Nhar il-Ġimgħa li ġej, 17 ta’ Jannar se tittella’ għal darb’oħra l-kantata ‘Ħodon Fjuri lil San Publju’ fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju fil-Floriana.

Opra muziko-letterarja bi kliem il-Prof. Oliver Friggieri u mużika miktuba mis-Surmast Ray Sciberras, li se tkun esegwita mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Oliver Friggieri flimkien ma’ Ray Sciberras

Flimkien mal-Orkestra Filarmonika se jieħdu sehem ukoll il Coro Bel Canto, is-Sopran – Kimberley Grech, it-Tenur – Charles Vincenti, il-Baxx – Albert Buttigieg, il-kantanta Dorothy Bezzina. Il-kunċert se jkun b’narazzjoni ta’ Mario Xuereb.

Dan il-kunċert qiegħed jittella’ mill-gazzetta il-FURJANA, pubblikazzjoni ta’ natura lokali li riedet tagħmel xi forma ta’ attività ta’ ġbir ta’ fondi biex isir l-Ark Trijunfali l-ġdid li ġie maħruq fis-27 ta’ April li għadda. Struttura li ġiet deskritta bħala parti mill-patrimonju Nazzjonali.

IL-pubbliku li ser jattendi għal din l-opra mużiko-letterarja huwa mistenni jsib postu fis-6.45pm. Id-dħul huwa bla ħlas, madankollu lejn it-tmiem tas-serata l-udjenza se tkun mitluba li toffri donazzjoni li tmur għall-iskop biex isir l-Ark il-ġdid ta’ San Publju.

Is-serata se tkun taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella.