Fis-sigħat li ġejjin il-Forzi Armati ta’ Malta mistennija jirritornaw f’Malta bi grupp ieħor ta’ immigranti. L-indikazzjonijiet huma li issa se jiddaħħlu 155 oħra.
Dan jikkonferma dak irrappurtat iktar kmieni llum fuq dan is-sit, li f’pajjiżna mistennija mill-inqas żewġ gruppi.
Il-wasla ta’ llejla ssegwi dik ta’ wara nofsinhar fejn iddaħħlu 99 persuna oħra li ġew salvati mill-baħar Mediterran. B’hekk, b’kollox, hu mistenni li f’ġurnata f’pajjiżna jkunu ġew kważi 250 persuna.
Abbord il-bastiment tas-Sea Watch għad hemm tliet gruppi oħra ta’ immigranti li ġew salvati fid-9 u l-10 ta’ Jannar. Fost dawn diversi minnhom li ġew salvati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.
//= $special ?>