Tim ta’ mudelli Maltin li jipparteċipaw fil-programm Akila – li jixxandar fuq NET Television – telaq lejn Berlin f’esperjenza unika għal diversi personaġġi, fosthom mudelli u stilisti, fejn se jkunu qed jipparteċipaw fil-Berlin Fashion Week.
Għal din is-sena, il-grupp se jkun l-akbar wieħed, b’27 indiviwi. Il-Producer ta’ Akila, Janice Grech spjegat ma’ NET News il-preparazzjonijiet li saru għal din l-esperjenza.
Malcolm Cremona u Andre Debattista kienu d-diżinjaturi tal-ħwejjeġ, fejn għaddew minn ħafna preparazzjonijiet, iżda fl-aħħar mill-aħħar waslu għal esperjenza unika.
L-istilista u ġurat Denis Aljush qasam magħna kif qed iħossu dwar din l-esperjenza.
U bla dubju ma jistax jonqos li l-mudelli se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta wara xhur ta’ preparazzjonijiet. NET News tkellem ukoll ma’ waħda mill-mudelli, Shais Bone, li għandha 15-il sena u hi r-rebbieħa tar-reality show Akila, fejn qaltilna xi tfisser din l-esperjenza għaliha.
Dan il-programm kien l-ewwel wieħed tal-istil tiegħu u ttella’ għall-ewwel darba s-sena li għaddiet fuq NET Television, b’diversi mudelli fix-show reali.
//= $special ?>