Lokali

It-tmien qtugħ ta’ dawl f’dawn l-aħħar ġimgħat

Għal darb’oħra diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex reġgħu spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku.

Il-qtugħ seħħ għall-ħabta tal-10.45 ta’ dalgħodu.

L-Isptar Mater Dei ntlaqat ukoll minn dan il-qtugħ tant li diversi operazzjonijiet kellhom jiġu posposti minħabba li l-Isptar kellu jaqleb fuq il-generator, bl-operazzjonijiet ma jistawx isiru f’dan il-każ.

L-aħħar darba li nqata’ d-dawl kien jumejn ilu, propju il-Ħamis li għadda filwaqt li llum hija t-tmien darba li pajjiżna spiċċa mingħajr provvista tal-elettriku mit-23 ta’ Diċembru 2019 l’hawn.

Dan filwaqt li darbtejn minnhom kienu blackouts totali li spiċċaw waħħlu lil Malta kollha.

Il-qtugħ ta’ spiss li pajjiżna qed jesperjenza qed iwassal mhux biss għal inkonvenjent iżda anke ħsara f’apparat domestiku. Anke l-ħwienet qed ibatu minn dan il-qtugħ minħabba n-negozju.