Lokali

Ivvutaw 92.5% ta’ dawk eleġibbli; l-inqas li vvutaw kien fit-12-il Distrett

1,300 persuna ma vvutawx f'din l-elezzjoni

L-ewwel indikazzjonijiet fl-elezzjoni tal-Mexxej tal-PL juru li t-tellieqa bejn Robert Abela u Chris Fearne se tkun viċin. Ċifri kwotati mill-MaltaToday juru li ż-żewġ kandidati jinsabu ras imb’ras.

F’din l-elezzjoni ivvutaw ‘il fuq minn 16,217 persuna.

B’kollox hemm 44 kaxxa li fihom intefgħu l-voti. F’Għawdex biss kien hemm 3 kaxxi.

Intant, fuq is-Super One, id-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona qal li għalih dan kien turnout ta’ mija fil-mija.

B’kollox kienu 17, 531 dawk eleġibbli li jivvotaw.